Wednesday, April 24, 2024

B’diqa kbira jtenni li m’għandu l-ebda tort dwar dak li seħħ fuq is-sett ta’ Rust

Aqra wkoll

L-attur Alec Baldwin qal li huwa għandu diqa kbira u dispjaċir enormi dwar il-każ li seħħ fuq is-sett tal-film Rust ġewwa New Mexico iżda tenna li hu m’għandu l-ebda ħtija. Meta kien qiegħed jitkellem f’intervista ma’ ABC, Baldwin qal li, “xi ħadd huwa responsabbli ta’ dak li seħħ, jien ma nafx min, iżda żgur mhux jien.” Din kienet l-ewwel darba li Baldwin tkellem pubblikament fuq il-każ tal-21 ta’ Ottubru li għadda li seħħ fuq is-sett tal-film Rust fejn fih iċ-ċinematografu Halyna Hutchins tilfet ħajjit­ha u d-direttur Joel Souza sofra ġrieħi.   

Baldwin qal li, “hemm mistoqsija waħda x’tiġi mwieġba, u din hi minn fejn ġiet il-balla vera?” Huwa tenna li kienet Hutchins stess li qaltu biex jimmira l-arma tan-nar qrib il-kamera li hija kienet qiegħda tuża. Baldwin tenna li taħt id-direzzjoni ta’ Hutchins stess huwa kien mitlub li jagħfas il-grillu tal-pistola. 

Meta l-preżentatur staqsa lil Baldwin dwar l-prassi li attur qatt m’għandu jipponta l-arma dirett lejn xi ħadd fuq is-sett, huwa wieġeb li hu kien qiegħed jobdni l-ordnijiet taċ-ċinematografu li kienet qiegħda tiddereġih dwar fejn għandu jimmira l-arma biex tkun l-aħjar angolu għall-kamera tagħ-
ha.

L-attur iddeskriva lil Hutchins bħala persuna li kulħadd kien iħobb, jammira u li kulħadd kien jieħu gost jaħdem magħha.

Sport