Sunday, April 21, 2024

Jiġi fi tmiemu l-ewwel round tal-Ewwel Fażi tal-Kampjonat Premier

Aqra wkoll

Bejn illum u għada jiġi fi tmiemu l-ewwel round tal-Ewwel Fażi, bl-aktar partita mistennija tkun dik bejn Valletta u Birkirkara liema partita terġa’ tqanqal ir-rivalitá tas-snin 90 bejn dawn iż-żewġ timijiet. 

Min-naħa tagħhom, il- leaders Hibernians għandhom konfront delikat kontra Floriana. 

Valletta v Birkirkara – Dan huwa konfront bejn żewġ rivali eterni għal min jispiċċa l-ewwel round tal-­Ewwel Fażi fit-tieni post tal-­klassifika.

Valletta jinsabu punt fuq Birkirkara hekk kif iż-żewġ timijiet ġejjin minn rebħa fuq Mosta (3-1) u Sliema Wanderers (2-0) rispettivament.

Wara bidu kemmxejn ne­gattiv, il-Lilywhites qed juru sinjali ta’ maturitá u l-mod kif warrbu għal kollox l-isfida ta’ Mosta juri biċ-ċar li se jkunu minn fost l-isfidanti ewlenin. Sal-55 minuta, il-logħba kienet mirbuħa u mitlufa minkejja li l-Mostin skorjaw goal ta’ konsolazzjoni lejn l-aħħar ħinijiet. 

Fir-rigward ta’ Birkirkara,  huma kisbu rebħa importanti fuq il-Wanderers grazzi għal doppjetta ta’ Luke Montebello wara li fl-aħħar tliet partiti huma rreġistraw punt wieħed biss. 

Birkirkara se jissaħħu bir-ritorn ta’ Enrico Pepe u Oscar Carniello li ġejjin minn sospensjoni filwaqt li Valletta jistgħu jibdew bil-formazzjoni inizjali tal- logħba preċedenti. 

Mosta v Gudja U. – Dan il-konfront jiftaħ il-prog­ramm tal-11-il ġurnata tal­­­Kampjonat Premier hekk  kif qed jitqies bħala six-­pointer minħabba l-importanza tiegħu għaż-żona tar-­relegazzjoni.  

Filwaqt li Mosta jinsabu fid-disa’ post b’10 punti barra miż-żona l-ħamra, Gudja jinsabu żewġ postijiet u    tliet punti warajhom fiż-żona tar-relegazzjoni nnifisha. 

Il-pressjoni tinsab kollha fuq Gudja għax xejn għajr minn rebħa ma tissodisfa l-kriterji tagħhom minħabba li jinsabu fil-bżonn tal-punti biex jinqalgħu min-naħa t’isfel tal-klassifika. 

Filwaqt li Mosta rreġistraw rebħa waħda u tliet draws fl-aħħar ħames logħbiet, Gudja sofrew ħames telfiet konsekuttivi. 

Għaldaqstant rebħa hija mperattiva minħabba li d-destin tagħhom huwa “miktub fuq il-ħajt”.

Mosta jilqgħu lura lil Rodriguez Ekani minn sospensjoni iżda se jkunu mingħajr is-sospiżi Tyrone Farrugia u Sunday Akin­bule. 

Min-naħa l-oħra, il-Gudja għandhom l-iskwadra kollha għad-dispożizzjoni.

Sirens v Gzira U. – Dan huwa konfront bejn żewġ timijiet ta’ nofs il-klassifika bejn Sirens u Gzira United fejn ifittxu rebħa biex ikomplu jibnu għall-kwalifikaz­zjoni għaċ-Championship Pool jew aħjar mal-ewwel sitta. 

Bħalissa l-Pawlini jinsabu punt fuq l-istess Ġżirjani fis-sitta u fis-seba’ pożiz­zjonijiet rispettivament. 

Fir-realtá, dawn iż-żewġ timijiet bdew l-istaġun fuq nota kwieta hekk kif l-aspettattivi tagħhom huma li jisfidaw għal post fil-kompetizzjonijiet Ewropej u għaldaqstant issa huwa l-­waqt li jakkwistaw punti kemm jistgħu biex jiti­lgħu aktar postijiet fil-klassifika. 

Il-moral taż-żewġ timijiet  għandu jkun wieħed għoli hekk kif irreġistraw rebħa fl-aħħar ħarġa tagħhom – kontra Floriana (2-1) u Gudja United (3-2) rispettivament.

Filwaqt li d-difensur Steve Borg jinsab barra mill-azzjo­ni minħabba injury, Gzi­ra jilqgħu lura lil Gabriel Bohrer Mentz minn sospensjoni. Sirens mistennija jinżlu bl-istess formaz­zjoni. 

Sliema W. v Hamrun S. – Dan huwa test ieħor diffiċli għal Sliema Wanderers meta jaffrontaw lil Hamrun Spartans. 

Rebħa għall-Blues hija mill-aktar imperattiva min­ħabba li l-logħob li jmiss jista’ jiddeterminaw l-is­taġun tagħhom. 

Dan minħabba li huma ma jistgħux jitilfu l-kuntatt mat-timijiet ta’ fuqhom għax inkella jispiċċaw wa­ħedhom ankrati fil-qiegħ tal-klassifika.  

Bħalissa l-moral tas-Sli­miżi huwa wieħed baxx fejn tilfu wkoll il-kunfidenza per­sonali … meta għadhom mingħajr rebħa wara 10 logħbiet. 

Iżda min-naħa pożittiva, huma għandhom players ta’ kwalità biex jirkupraw mill-istaġun turbulenti tagħhom kif ukoll mill-battalja tar-relegazzjoni.

Min-naħa l-oħra, wara li niżlu fis-sitt post tal-klassifika, disa’ taħt il-leaders Hibernians, telfa għal Hamrun Spartans tkun tfisser it- tmiem tat-tamiet tagħhom għar-rebħ tat-titlu minħabba li ma jistgħux iwaqqgħu aktar punti. 

Filwaqt li l-Wanderers għandhom liż-żewġ play­ers, Edmond Agius u Valmir Berisha sospiżi, Hamrun Spartans se jkunu mingħajr Darko Gojkovic għall-is­tess raġuni. Iżda jirritorna El Bakhtaoui.

Hibernians v Floriana – Wara t-telfa “inkwetanti” ta’ 2-1 kontra Sirens, Floriana jiffaċċjaw l-aktar ostaklu diffiċli meta jiltaqgħu mal-leaders Hibernians.

Il-Greens iridu jinsew il-­wirja u r-riżultat tal-aħħar ħarġa tagħhom li jpoġġu pressjoni qawwija fuqhom minħabba li se jilagħbu kontra team li qed jiddomina dan l-istaġun u huwa l-uniku wieħed li għadu ma sofra l-ebda telfa. 

Il-Pawlisti ġejjin minn reb­ħa ta’ 2-1 fuq Sirens li fiha wrew maturitá, dixxiplina, u fluwiditá speċjalment fl- attakk … grazzi għall-kwa­litá u t-teknika li jippossjiedi Jake Grech … fejn reġa’ wera l-potenzjal tiegħu … skorja l-goal tar-reb­ħa biex jinsab fil-quċċata tal-lista tal-iskorers b’seba’ goals. 

Barra minn hekk, huwa l-uniku player li ġie vvotat erba’ darbiet bħala “l-aħjar player tal-logħba.” Bla dubju, sfidant denju għal “L-Aħjar Player tas-Sena”.

Hibernians se jissaħħew bir-ritorn ta’  Leandro Al­meida minn sospensjoni iżda Jan Busuttil se jibqa’ barra għal Floriana minħabba injury.

Sta Lucia v Balzan – Dan il-konfront huwa bejn żewġ timijiet li sofrew telfa fl-aħħar partita tagħhom – Santa Lucia kontra Hamrun Spartans (3-0) u Balzan kontra Hibernians (2-1).

Wara bidu tal-istaġun pjuttost kwiet, Balzan dehru li kienu ġejjin f’tagħhom iżda ġew imwaqqfa minn Hibernians wara tliet reb­ħiet infila. 

Huma se jilagħbu kontra team li jinsab fl-10 post tal-klassifika … żewġ punti fuq iż-żona tar-relegazzjoni. 

Għaldaqstant rebħa hija fundamentali biex b’xi mod tittaffa l-pressjoni minn fuqhom minħabba l-pożiz­zjoni prekarja u jitbiegħdu min-naħa t’isfel. 

Victor Filho u Jamie Zerafa jirritornaw minn sos­pensjoni għal Santa Luċija iżda Jurgen Pisani u Andre Prates huma sospiżi. Rigward Balzan, m’għandhomx players neqsin. 

Fuq il-karta Balzan jibdew favoriti iżda għandhom juru rispett massimu lejn l-avversarji li jkunu qed jimmiraw għal xi sorpriża. 

Sport