Wednesday, January 29, 2025

Il-gvern Ingliż se jgħin fil-bini ta’ stadium ġdid minflok Old Trafford

Aqra wkoll

Il-gvern Ingliż ħabbar li se jgħin finanzjarjament  lil Manchester United biex jinbena stadium minflok dak ta’ Old Trafford. 

Stqarrija mit-Teżor tar-Renju Unit kienet tgħid l-Kanċillier Rachel Reeves kienet qed tappoġġja l-proġett ta’ Old Trafford bħala ‘eżempju brillanti’ tal-pjani tal-Gvern biex jippromwovi t-tkabbir ekonomiku.

Post ġdid ewlieni fid-dinja – jew l-iżvilupp mill-ġdid tal-istadium attwali biex tiżdied il-kapaċità għal 87,000 jew jibni art ġdida li tista’ żżomm 100,000 partitarju – hija fil-qalba tal-proġett ta’ riġenerazzjoni.

“Il-bini tal-istadium ta’ klassi dinjija jista’ jkun il-katalist għal riġenerazzjoni kbira taż-żona ta’ Greater Manchester li teħtieġ investiment ġdid biex terġa’ tirnexxi,” qal id-direttur sportiv, Berrada, fi stqarrija ppub­blikata fuq il-website tal-United.

Iżda din id-deċiżjoni se ġġib reazzjoni mqanqla minn diversi clubs hekk kif se jinħoloq preċedent minħabba li l-ebda gvern ma għen f’xi kostruzzjoni ta’ xi sta­dium fl-istorja tal-football Ingliż.  

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport