Monday, December 23, 2024

“Il-gvern irid iwiegħed li mhux se jkompli bil-proġett tal-marina wara l-elezzjoni”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Illejla, il-Prim Ministru Robert Abela spjega fid-dettall dwar il-proċess tal-proġett tal-marina f’Wied il-Għajn u ħabbar li wara konsultazzjonijiet sħaħ, il-proġett se jkun qiegħed jitwaqqaf minnufih. 

B’reazzjoni għal din l-aħbar, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech qal li din l-aħbar tfisser li l-Partit Nazzjonalista, is-soċjetà ċivili, il-kunsilliera, il-poplu, l-NGO’s, il-gruppi ta’ pressjoni imma fuq kollox il-Partit Nazzjonalista għamel pressjoni u rebaħ għall-ġid tal-poplu Malti u Għawdxi speċjalment tal-Iskalin.

“Ninsab vera kuntent li l-gvern qal hekk, imma issa jrid jagħtina wegħda li jwaqqfu issa u jkomplih wara l-elezzjoni u nippretendih li jwiegħed li ma jwaqqafx jagħmel dan il-proġett u jagħmel xi ħaġa agħar”, saħaq Bernard Grech. 

Ekonomija

Sport