Friday, April 19, 2024

“Il-Gvern iwettaq kull riforma li jwiegħed” – il-PL

Aqra wkoll

Wara li l-Partit Nazzjonalista appella lil Robert Abela biex jieqaf ikaxkar saqajh fuq il-leġiżlazzjoni anti-SLAPP, il-Partit Laburista qal li t-track record tal-Gvern fuq ir-riformi leġiżlattivi u favur governanza iktar b’saħħitha jwieġeb l-istqarrija tal-Partit Nazzjonalista. Fi kliem il-PL, il-Gvern iwettaq kull riforma li jwiegħed.

Fi stqarrija, il-PL qal li l-amministrazzjoni tal-Prim Ministru Robert Abela hi l-iktar waħda li ressqet liġijiet fil-parlament u wettqet għadd kbir ta’ riformi.

“Kif iddikjara l-Prim Ministru din il-ġimgħa stess ir-riforma kontra l-Islapp wkoll qiegħda fuq l-aġenda immedjata tal-gvern.  Dan għax azzjoni ta’ dan it-tip hi kundanabbli dejjem, issir kontra min issir,” qal il-PL.

Temmew jgħidu li: “Bħal kull riforma oħra li kienet imwiegħda din tiġi implimentata wara diskussjoni u konsultazzjoni biex ir-riżultat ikun wieħed  tajjeb. B’hekk tingħaqad fl-għadd kbir ta’ riformi storiċi li ebda gvern nazzjonalista ma kellu l-viżjoni jew il-kuraġġ li jagħmel.”

Sport