Tuesday, April 30, 2024

Pete Buttigieg u r-raġel jaqsmu l-ewwel ritratt bħala ġenituri

Aqra wkoll

Wara li x-xahar li għadda ħabbru li kienu saru ġenituri, illum is-Segretarju tat-Trasport tal-Istati Uniti Pete Buttigieg u r-raġel tiegħu Chasten qasmu l-ewwel ritratt tal-familja tagħhom hekk kif qed iħaddnu b’dak li jidher li huma tewmin.

Hekk kif Buttigieg, li għandu nisel Malti, ppubblika dan ir-ritratt fuq il-midja soċjali bosta kienu dawk li kkummentaw biex jaqsmu l-ferħ tagħhom għal din l-aħbar.

Buttigieg qal li hu u r-raġel tiegħu tassew jinsabu grati għall-awguri kollha li rċevew mill-ewwel darba li taw l-aħbar li saru ġenituri. Issa qal li jinsabu kuntenti li jistgħu jilqgħu lil Penelope Rose u Joseph August Buttigieg fil-familja tagħhom.

Buttigieg, li għandu 39 sena, tkellem pubblikament dwar ix-xewqa tiegħu li jsir missier sa mill-kampanja tiegħu tal-2020.

F’Awwissu huwa kien qal li hu u r-raġel tiegħu għal xi żmien riedu jkabbru l-familja tagħhom. Kien qal li filwaqt li l-proċess għadu mhux lest, jinsabu grati għall-imħabba, l-appoġġ u r-rispett għall-privatezza li kienu qed jirċievu.

Sport