Wednesday, December 25, 2024

Il-Gvern jgħid li qed isegwi mill-qrib il-proċedimenti ta’ falliment miftuħa minn Steward fl-Istati Uniti

Aqra wkoll

Il-Gvern qal li kif ilu jagħmel minn Mejju tal-2024 qed isegwi mill-qrib il-proċedimenti ta’ falliment miftuħa minn Steward fl-Istati Uniti. Fi stqarrija l-Gvern qal li għal dan il-għan il-Gvern Malti qed jiġi mgħejjun minn avukati speċjalizzati f’dawn il-proċeduri legali.

L-Istqarrija tgħid li l-proċeduri ta’ arbitraġġ quddiem il-Kamra tal-Kummerċ Internazzjonali jinsabu fi stat avvanzat bit-talbiet mistennija jkunu konklużi fix-xhur illi ġejjin.

Il-Gvern tenna li f’dan l-istadju kull kumment fuq din il-materja jista’ jippreġudika l-pożizzjoni tal-Gvern fl-arbitraġġ.

Ekonomija

Sport