Saturday, November 23, 2024

Il-Gvern Libjan rikonoxxut mill-Ġnus Magħquda jħabbar waqfien mill-ġlied

Aqra wkoll

Il-Gvern b’appoġġ mit-Turkija qiegħed isejjaħ elezzjonijiet parlamentari u presidenzjali għal Marzu

Il-Gvern Libjan, rikonoxxut mill-Ġnus Magħquda, ħabbar li qiegħed jieqaf il-ġlied madwar il-pajjiż. Hu talab li jitneħħew l-armi mill-belt strateġika ta’ Sirte, filwaqt li qajjem it-tama li jkun hemm il-paċi wara kunflitt li ilu għaddej disa’ snin. 

Il-Gvern bi ftehim nazzjonali sejjaħ ukoll biex isiru elezzjonijiet parlamentari u presidenzjali f’Marzu. Barra hekk, talab li jieqaf ukoll l-imblokk taż-żejt li kien ġie impost mill-qawwi rivali minn kmieni din is-sena. 

Il-kap tal-Gvern, Fayez al-Sarraj ħareġ istruzzjonijiet lill-qawwiet militari biex iwaqqfu immedjatament l-atakki u l-operazzjonijiet kollha ta’ ġlied fit-territorji kollha Libjani. Qal ukoll li l-għan hu li jimponi sovranità sħiħa fuq it-territorju Libjani u li jitilqu l-qawwiet kollha barranin u l-merċenarji. 

Ma jidher li kien hemm ebda risposta immedjata mill-qawwiet tal-Lvant ta’ Khalifa Haftar. Madankollu, lura għal Ġunju, Haftar kien qabel mal-inizjattiva Eġizzjana li kienet tinkludi li jieqaf il-ġlied. 

Il-kelliem favur Haftar fil-Parlament Libjan, Aguila Saleh talab lill-partijiet biex jobdu u qal li dan għandu jwaqqaf l-intervent militari minn barra l-pajjiż fil-Libja. 

Permezz ta’ dan il-qbil, Sirte se tkun is-sede temporanja għall-kunsill presidenzjali ġdid biex jiġi mħares mill-qawwiet tas-sigurtà minn diversi reġjun tal-pajjiż. 

Sport