Wednesday, March 27, 2024

Michel Barnier: It-taħditiet dwar Brexit sejrin lura flok ‘il quddiem

Aqra wkoll

In-negozjati bejn ir-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea dwar Brexit sejrin lura. Hekk sostna l-kap negozjatur tal-Unjoni Ewropea, Michel Barnier li sostna li n-negozjaturi qegħdin jaħlu ħin prezzjuż. 

F’kummenti li ta waqt li kien jidher iffastidjat, Barnier qal lill-ġurnalisti li wara ġimgħa ta’ taħditiet dwar ċerti suġġetti, ma sar ebda progress. 

Qal li ħafna drabi matul din il-ġimgħa ħassu li sejrin lura minflok ‘il quddiem. Saħaq li llum kif qegħdin l-affarijiet iħoss li mhux se jintleħaq ftehim bejn iż-żewġ partijiet u għalhekk mhux jifhem għalxiex qegħdin jaħlu l-ħin.

Ekonomija

Sport