Sunday, December 22, 2024

Il-Gvern qed jikkonsidra l-introduzzjoni ta’ adrenaline auto injectors fl-iskejjel tal-Istat

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Ministeru tas-Saħħa qed jikkonsidra li l-iskejjel kollha tal-Gvern jiġu introdotti l-adrenaline auto injectors. Din hija tip ta’ medikazzjoni li tingħata permezz ta’ injezzjoni f’każi li jkun hemm bżonn trattament urġenti għall-allerġiji. 

Dan żvelaħ id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Dr Chris Fearne waqt li kien qed iwieġeb mitoqsija parlamentari tad-Deputat Laburista Jean Claude Micallef li sostna dan biex ikunu salvagwardati l-interessi ta’ saħħet l-ulied waqt li jiġu ffrankati spejjeż żejda lill-ġenituri.

Ta’ min jgħid li din it-tip ta’ medikazzjoni tingħata fil-forma ta’ injezzjoni li ssir mill-perssuna stess f’każi urġenti ta’ allerġiji akuti u severi li jistgħu jkunu fatali. L-allerġiji jistgħu jkunu kawżati minn gdim ta’ insetti, ċertu ikel u anki mediċini. 

Din l-injezzjoni timblokka l-allerġiji u allura tista ssalva l-ħajja tan-nies.

Ekonomija

Sport