Monday, May 13, 2024

Mal-preżenza tal-Pulizija qam biex jitlaq… Jinstab fil-pussess ta’ droga fil-Marsa

Aqra wkoll

Ilbieraħ, waqt li l-Pulizija tal-Komunitá tal-Marsa kienet għaddejja fuq ronda fi Triq il-Pitkali, il-Marsa, innutaw erba’ persuni jitkellmu fuq taraġ imma xħin raw il-Pulizija, wieħed minnhom qam u kien se jitlaq minn fuq il-post. 

Il-Pulizija ġieha suspett li dan seta’ kellu xi ħaġa illegali u għalhekk dan ġie mwaqqaf u saritlu tfittxija. Irriżulta li l-persuna, li aktar tard ġie identifikat bħala żagħżugħ ta’ 22 sena mill-Gambja, kellu fil-pussess tiegħu 16-il pakkett b’sustanza suspettata droga sintetika. 

Ir-raġel qiegħed jinżamm fil-lock-up tal-Pulizija fil-Kwartieri Ġenerali, il-Furjana u mistenni jitressaq l-Qorti llum, għall-ħabta tal-11:30 a.m, quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr Lara Lanfranco. 

Sport