Sunday, October 27, 2024

Il-Gvern ta’ Ftehim Nazzjonali fil-Libja lest iwaqqaf l-attakki… irid li l-qawwiet ta’ Haftar jirtiraw minn Sirte u Jufra

Aqra wkoll

Minn MELVIN FARRUGIA

Il-Gvern ta’ Ftehim Nazzjonali Libjan, li hu appoġġjat mill-Ġnus Magħquda, se jaqbel biss li jieqfu l-attakki fil-Libja, jekk Khalifa Haftar jirtira l-qawwiet tiegħu mir-reġjuni taċ-ċentru u tal-Punent, b’mod speċjali f’Sirte u f’Jufra. 

Hekk sostna l-Ministru tal-Affarijiet Barranin Tork, Mevlut Cavusoglu mal-Financial Times. Hu qal li l-qawwiet tal-Gvern bi ftehim nazzjonali jinsabu lesti li jkomplu bl-azzjoni offensiva tagħhom jekk il-qawwiet ta’ Haftar ma jirtirawx minn Sirte, li hu hi belt strateġika fil-port u Jufra, li tilqa’ bażi tal-ajru fiċ-ċentru tal-pajjiż. 

Dawn il-kummenti juru li l-kunflitt fil-Libja jista’ jidħol f’fażi ġdida. Fil-fatt, id-diplomatiċi qed iwissu li hemm ir-riskju li jkun hemm konfrontazzjoni diretta bejn il-qawwiet barranin li jappoġġaw fazzjonijiet Libjani. 

Dwar l-attakki fuq il-bażi tal-ajru Al-Watiya, Cavusoglu qal li għaddejja investigazzjoni biex tiddetermina min kien responsabbli. Hu wiegħed li min kien responsabbli se jkollu jħallas għal għemilu, filwaqt li ċċara li t-Turkija kellhom staff tekniku u li jagħtu taħriġ, iżda ħadd minnhom ma weġġa’ 

Il-Ministru indika li r-Russja ppreżentat offerta ta’ waqfien mill-attakki waqt taħditiet li saru x-xahar li għadda f’Istanbul. Madankollu, jidher li wara li l-Gvern bi ftehim nazzjonali tkellem mat-Turkija, l-uffiċjali Libjani qalu li l-ewwel il-qawwiet ta’ Haftar iridu jirtiraw minn Sirte u Jufra. 

Sport