Monday, November 4, 2024

Il-Gvern ta’ New Zealand bi pjan biex ineħħi l-projbizzjoni tat-tipjip minħabba t-taxxa

Aqra wkoll

Il-Gvern il-ġdid ta’ New Zealand ftit tal-jiem ilu, qal li bħalissa hemm għaddej pjan sabiex il-gvern innfsu jirnexxielu jneħħi l-projbizzjoni tat-tipjip, bil-għan li jiffinanzja tnaqqis fit-taxxa. Il-leġiżlazzjoni, introdotta taħt il-Gvern preċedenti mmexxija minn Jacinda Ardern, kienet se tipprojbixxi l-bejgħ tas-sigaretti s-sena d-dieħla għal dawk kollha li twieldu wara l-2008.

Bosta esperti tas-saħħa kkritikaw dan il-pass tal-Gvern. F’kumment li ta lil midja internazzjonali, il-Professur u riċerkatur tal-kontroll tat-tabakk u espert tas-saħħa pubblika fl-Università ta’ Otago qal li jinsab skantat u ddisgustat b’dan il-pass tal-Gvern. Fl-istess kumment, il-Professur qal li l-maġġorparti tal-gruppi tas-saħħa fil-pajjiż jinsabu mbeżża b’dan il-pass u qed jistiednu lil Gvern sabiex ma jieħux dan il-pass.

Il-leġiżlazzjoni li għaddiet is-sena li għaddiet kienet ġiet milqugħa internazzjonalment b’mudelli ta’ riċerka li jsostnu r-riformi ewlenin. Flimkien mat-trobbija tal-ġenerazzjonijiet li ma jpejpux, il-liġijiet kienu jneħħu l-prodotti tat-tabakk minn 90% tal-bejjiegħa bl-imnut ta’ New Zealand li bħalissa qed ibigħuhom u naqqsu l-livell ta’ nikotina fis-sigaretti.

L-immudellar tas-saħħa pubblika kien issuġġerixxa li l-liġijiet Smoke,free jistgħu jsalvaw sa 5,000 ħajja kull sena.L-istess liġijiet ta’ New Zealand kienu maħsuba li ispiraw ruħhom mill-Gvern tar-Renju Unit, hekk kif f’Settembru ħabbar projbizzjoni simili tat-tipjip għaż-żgħażagħ.

Sport