Il-Prim Ministru Spanjol Pedro Sanchez laqa’ l-waqfien mill-ġlied bejn l-Istati Uniti u l-Iran nhar l-Erbgħa iżda qal li ma jistħoqqlux tifħir.
Iddikjara li “l-Gvern ta’ Spanja mhux se jċapċap lil dawk li jqabbdu n-nar fid-dinja. Dak li hu meħtieġ issa: diplomazija, legalità internazzjonali, u paċi,” iddikjara l-Prim Ministru Spanjol Sanchez fuq il-pjattaforma tal-midja soċjali.
Filwaqt li afferma mill-ġdid li l-waqfien mill-ġlied huwa aħbar tajba, wissa li s-serħan momentarju m’għandux iwassalhom biex jinsew “il-kaos, il-qerda, u l-ħajjiet mitlufa.”
Il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Spanjol Jose Manuel Albares, iddikjara li “d-diplomazija, in-negozjati, u l-liġi internazzjonali huma l-uniċi toroq għall-paċi dejjiema, liema paċi jistħoqqilhom iċ-ċittadini tal-Lvant Nofsani.

