Thursday, December 26, 2024

Il-gwerra fl-Ukrajna: Aktar minn 20,000 suldat Russu maqtula minn Diċembru

Aqra wkoll

L-Istati Uniti tistma li sa minn Diċembru li għadda nqatlu aktar minn 20,000 suldat Russu fil-ġlied fl-Ukrajna.

Il-kelliem għall-Kunsill tas-Sigurtà Nazzjonali John Kirby qal li hemm ukoll 80,000 oħra li sfaw midruba.

Nofs il-mejtin huma mill-kumpanija Wagner, li ilhom jattakkaw il-belt ta’ Bakhmut fil-Lvant tal-pajjiż. Ir-Russja ilha tipprova tieħu kontroll ta’ din il-belt mis-sena li għaddiet.

Moska bħalissa għandha l-parti l-kbira ta’ Bakhmut, iżda t-truppi Ukreni għadhom jikkontrollaw parti żgħira tal-belt fil-punent. Din il-battalja ħarxa ħadet importanza simbolika kbira għaż-żewġ naħat.

Uffiċjali Ukreni qalu wkoll li qed jużaw il-battalja biex kemm jista’ jkun joqtlu truppi Russi u jwaqqgħu r-riżervi tagħhom.

“L-attentat tar-Russja għal offensiva fir-reġjun ta’ Donbas l-aktar permezz ta’ Bakhmut falla,” qal is-Sur Kirby lill-ġurnalisti. “Ir-Russja ma rnexxilhiex tieħu f’idha xi territorju strateġiku u sinifikanti.”

Ekonomija

Sport