Tuesday, December 24, 2024

“Il-gwerra fl-Ukrajna hi raġuni biex naġixxu malajr dwar it-tibdil fil-klima”

Il-Prim Ministru Ingliż Rishi Sunak

Aqra wkoll

Il-gwerra fl-Ukrajna hija raġuni biex naġixxu aktar malajr sabiex tiġi indirizzata t-tibdil fil-klima. Qal dan il-Prim Ministru Ingliż Rishi Sunak meta indirizza s-summit tal-COP27 dwar il-klima, li qed isir fl-Eġittu. 

“Il-klima u s-sigurtà tal-enerġija jmorru id f’id,” qal Sunak f’dik li kienet l-ewwel dehra internazzjoali tiegħu minn meta ġie elett fil-kariga. 

Mexxeja minn 120 pajjiż qegħdin jiltaqgħu f’Sharm el-Sheik, biex jiddiskutu l-passi li jmiss biex jitrażżan it-tibdil fil-klima. Is-suġġetti ewlenin huma l-kumpens u l-appoġġ lil dawk il-pajjiżi l-aktar milquta. 

“Il-gwerra ta’ Putin fl-Ukrajna u l-prezzijiet tal-enerġija li qed jogħlew madwar id-dija mhumiex raġuni biex innaqqsu r-ritmu fejn tidħol it-tibdil fil-klima. Huma raġunijiet biex naġixxu aktar malajr,” qal Sunak. “Nistgħu nħallu lil uliedna pjaneta aktar ekoloġika u futur aktar prosperu. Tassew hemm lok għat-tama.”

Ekonomija

Sport