Saturday, December 14, 2024

“Il-gwerra hija ġennata… l-armi qatt ma jġibu l-paċi” – il-Papa Franġisku

Aqra wkoll

“Il-gwerra fl-Ukrajna hija ġennata”. Il-Papa Franġisku qal dan fl-aħħar tal-Anġelus minn ġewwa l-Pjazza San Pietru f’Ruma. “L-armi qatt ma jġibu l-paċi”, żied jgħid il-Papa, li wkoll afda “id-dmugħ tal-poplu ta’ Kjiv f’idejn il-Verġni Marija”.

Il-Papa Franġisku indirizza lin-nies u talabhom biex qatt ma jieqfu jitolbu għall-paċi ħalli din il-gwerra tieqaf darba għal dejjem.

Żied jgħid: “Lill-Verġni Qaddisa nippreżenta b’mod partikolari t-tbatijiet u d-dmugħ tal-poplu Ukren quddiem il-ġenn tal-gwerra. Jekk jogħġbok kompli itlob ir-rużarju għall-paċi kuljum.”

Ekonomija

Sport