Tuesday, May 14, 2024

Devis Mangia jħabbar skwadra proviżorja ta’ 33 player għall-kamp ta’ taħriġ

Aqra wkoll

Il-coach tat-team nazzjonali, Devis Mangia, ħabbar skwadra proviżorja ta’ 33 player għall-kamp ta’ taħriġ bejn l-Erbgħa 11 u l-Ħadd 20 ta’ Mejju qabel il-kalendarju nternazzjonali ta’ Ġunju. Il-lista tinkludi players li għadhom impenjati fl- FA Trophy jew f’kampjonati barranin. Dawn se jingħaqdu mal-kumplament tal-iskwadra wara li jispiċċaw l-impenji tagħhom fil-kompetizzjonijiet rispettivi.

Meta ġiet inkluża fil-League D2 fil-partiti ta’ kwalifikazzjoni tal-UEFA Nations League, Malta se tibda l-impenji tagħha b’logħba barra minn darha kontra San Marino fil-5 ta’ Ġunju. Erbat ijiem wara tilgħab kontra l-Estonja f’darha u għal darb’oħra kontra San Marino fit-12 ta’ Ġunju. Peress li Malta tinsab fi grupp bi tliet timijiet hija obbligata tilgħab żewġ logħbiet ta’ ħbiberija żejda, li waħda minnhom hija skedata għall-1 ta’ Ġunju.

Il-lista tal-iskwadra hija kif ġej:

Goalkeepers: Henry Bonello (Hamrun Spartans FC), Cain Formosa (San Gwann FC), Jake Galea (Balzan FC), Matthew Grech (Pembroke Athleta FC)

Difensuri: Ferdinando Apap (Hibernians FC), Jean Borg (Valletta FC), Steve Borg (Hamrun Spartans FC), James Brown (St. Johnstone FC – Skozja), Triston Caruana (Valletta FC), Karl Micallef (Hamrun Spartans FC), Zach Muscat (Casa Pia – Portugall), Enrico Pepe (Birkirkara FC)

Midfielders: Cain Attard (Birkirkara FC), Ryan Camenzuli (Floriana FC), Juan Carlos Corbalan (Hamrun Spartans FC), Matias Nicolas Garcia (Floriana FC), Matthew Guillaumier (A.C. Siena – Italja), Adam Magri Overend (Floriana FC), Joseph Essien Mbong (Hamrun Spartans FC), Nikolai Muscat (Gzira United FC), Brandon Diego Paiber (Floriana FC), Steven Pisani (Gzira United FC), Teddy Teuma (R.U. Saint Gilloise – Belġju), Dunstan Vella (Hibernians FC), Yannick Yankam (Birkirkara FC)

Attakkanti: Jan Busuttil (Floriana FC), Jurgen Degabriele (Hibernians FC), Luke Gambin (Hamrun Spartans FC), Jake Grech (Hibernians FC), Paul Mbong (Birkirkara FC), Luke Montebello (Birkirkara FC), Alexander Satariano (U.S. Pergolettese 1932 – Italja), Mattia Veselji (Floriana FC)

Sport