Friday, December 13, 2024

Il-GWU bi ftehim kollettiv għall-ħaddiema tal-kumpanija Medavia

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-ħaddiema membri tal-General Workers’ Union se jgawdu minn kundizzjonijiet ta’ xogħol u pakkett finanzjarju aħjar permezz ta’ ftehim kollettiv li ġie ffirmat bejn it-Taqsima Marittima u Avjazzjoni u l-kumpanija Medavia. 

Dan il-ftehim li jkopri tliet snin, sal-2024, kien iffirmat minkejja d-diffikultajiet li l-kumpanija ffaċċjat minħabba l-pandemija tal-Covid-19. Il-ftehim jolqot lill-gradi ta’ ħaddiema fosthom inġiniera, tekniċi u membri tal-amministrazzjoni.

F’kummenti ma’ dan is-sit, is-Segretarju tat-Ta­qsima GWU Marittima u Avjazzjoni Sandro Vella spjega li r-relazzjonijiet industrijali tajbin miksuba matul is-snin għamluha possibbli li jiġi konkluż dan il-ftehim kollettiv. 

Min-naħa tiegħu, id-Direttur Maniġerjali ta’ Medavia, Mohamed Dau, esprima s-sodisfazzjon tiegħu għall-iffirmar ta’ dan il-ftehim u qal li l-kumpanija issa qiegħda tħares ’il quddiem għal prospetti aħjar anke f’dak li jirrigwardja l-ordnijiet.

Spjega wkoll li l-MRO huwa l-pijunier fin-negozju tas-servizz u l-manutenzjoni tal-inġenji tal-ajru fil-gżira u huwa magħruf għall-prestazzjoni eċċellenti tiegħu, li jipprovdi servizzi professjonali fuq diversi tipi ta’ inġenji tal-ajru.

Il-ftehim f’isem il-GWU kien iffirmat mis-Segretarju tat-Taqsima GWU Marittima u Avjazzjoni Sandro Vella u Alison Calleja u David Abela bħala rappreżentanti tal-ħaddiema u Shop Steward. F’isem il-kumpanija ffirmaw id-Direttur Maniġerjali Mohamed Dau, il-Kap tal-Finanzi Christopher Brincat u l-HR Manager Velika Janevska Panoski.

Ekonomija

Sport