Wednesday, December 25, 2024

Il-GWU f’iżjed laqgħat ma’ membri tal-Kabinett

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-General Workers’ Union kompliet għaddejja bis-sensiela ta’ laqgħat tagħha ma’ Ministri u Segretarji Parlamentari bil-għan li tiddiskuti materjali ekonomiċi u soċjali partikolarment dawk li jolqtu lill-ħaddiema.

L-amministrazzjoni ċentrali tal-GWU dalgħodu ltaqgħet mal-Ministru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet Silvio Schembri fejn ġew diskussi diversi materji l-iktar inkwetanti bħalissa fosthom l-għoli tal-ħajja u kif il-Gvern se jżomm stabbilità fil-prezzijiet.

Preżenti għal din il-laqgħa f’isem il-GWU kien hemm is-Segretarju Ġenerali Josef Bugeja, il-President Victor Carachi, id-Deputat Segretarju Ġenerali Kevin Camilleri u s-Segretarji Kendrick Bondin, Rita Dimech u Jesmond Marshall.

Sadanittant, fl-aħħar jiem, il-GWU kellha wkoll laqgħat mal-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli Roderick Galdes u mas-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru Dr Andy Ellul.

Ekonomija

Sport