Illum, il-General Workers Union (GWU) kellha laqgħa mal-avukat u kandidat Laburista fuq l-Ewwel u t-Tielet Distrett, Dr Andy Ellul fejn fiha ddiskutew numru ta’ proposti li l-GWU ressqet għall-budget 2022.
Dawn jinkludu l-kundizzjonijiet tal-ħaddiema, l-azzjonijiet industrijali, il-prinċipju tal-ħlas ugwali għall-istess xogħol, l-overtime, il-flessibiltà tal-ħinijiet u xogħol remot fost l-oħrajn.