Monday, April 29, 2024

Il-GWU f’laqgħa mal-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech

Aqra wkoll

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech, ilbieraħ żar il-General Workers Union, bħala parti mill-attivitajiet tal-PN għal Jum il-Ħaddiem.
Huwa ltaqa’ mal-amministrazzjoni ċentrali tal-GWU, komposta mill-President Victor Carachi, id-Deputat Segretarju Ġenerali Kevin Camilleri u s-Segretarju Ġenerali Josef Bugeja, kif ukoll mal-ħaddiema u uffiċjali oħra tal-Union.

F’din il-laqgħa, is-Segretarju Ġenerali tal-GWU tkellem dwar il-bidliet li qed iseħħu fid-dinja tax-xogħol. Huwa qal; “Dawn huma parti mill-prinċipji u l-pilastri li tħaddan il-GWU. Dawn huma l-valuri tal-GWU. Flimkien qbilna li hemm bżonn issir ħidma minn kulħadd, fuq wieħed mis-suġġetti li qiegħed fuq nett tal-aġenda f’kull post tax-xogħol, is-saħħa mentali tal-individwi”.

Qal ukoll; “Inħossu li kulħadd qed jintalab biex jagħmel iżjed, biex ikun aktar produttiv u effiċjenti, filwaqt li jonqsu r-riżorsi. Hawnhekk jidħol l-element tar-‘right to disconnect’ li aħna konna pijunieri fil-proposta dwaru. Qed naraw li ħafna ħaddiema qed jispiċċaw b’għejja mentali, ħaddiema li qed jikkontribwixxu iżda dan qed iħalli l-effett. Effett fuq il-kwalità tal-ħajja hekk kif mhux qed jingħata ċ-ċans li wieħed jieqaf jistrieħ,”

Min-naħa tiegħu, il-Kap tal-PN tkellem fuq it-titjib fil-pagi, kif ukoll il-bżonn ta’ azzjoni konkreta bil-għan li tiġi indirizzata l-għoli tal-ħajja. Semma wkoll il-proposta li l-COLA ma tiġix intaxxata.

Akkumpanjaw lill-Kap tal-Oppiżżjoni Bernard Grech, il-Membri Parlamentari Ivan Castillo u Robert Cutajar u l-kandidat għall-Elezzjonijiet Ewropew Lee Bugeja Bartolo.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport