Monday, April 29, 2024

Il-Qorti ma ssibx biżżejjed provi li tfajla waddbet tazza għal ras tfajla oħra f’Paceville

Aqra wkoll

Tfajla ta’ 29 sena ma nstabitx ħatja li weġġgħet tfajla oħra b’daqqa ta’ tazza f’Paceville. Fil-Qorti intqal li l-każ imur lura għal 11-il sena ilu. Il-vittma, li xehdet filQorti spjegat. kif darba kienet bilqegħda f’bar f’Paceville u li f’ħin minnhom xi ħadd garala tazza tal-ħġieġ għal rasha.

Kompliet tgħid li għalkemm ma kintix taf eżatt ġara, kien hemm xi ħbieb li kienu qegħdin magħha u qalulha li kellha ħafna demm. Qalet li wara li seħħ l-allegat inċident, rat tifla tiġri u tidħol f’karozza.

Fil-Qorti, il-vittma indikat li l-persuna li waddbet it-tazza kienet l-imputata u żiedet tgħid li rnexxielha tidenifikaha mminħabba li ħabib tagħha li daknhar tal-inċident kien fuq il-post, kien taha d-dettalji ta’ min hi għax kien jafha.

Fil-Qorti, xehdu wkoll sħab il-vittma, fejn waħda minnhom qalet li rat mara taqbad tazza u tkissirha fuq ras seħbitha. Stqarret li madankollu ma setgħetx tagħraf min hi minħabba li dak il-ħin li seħħ l-inċident kienet xurbana.

Xhud oħra qalet li l-vittma kienet qed tibgħat xi messaġġi lil għarus tal-imputata. Bħax-xhud ta’ qabel, lanqas identifikat lill-imputata bħala t-tfajla li waddbitilha t-tazza.

Il-Qorti, semgħet xhieda ta’ tabib, li qal li l-vittma kienet qed issofrii minn ġrieħi ħfief u mhux dwak ta’ natura gravi. Il-Maġistrat innutat li l-ebda xhud ma ra lill-imputata tagħti daqqa lill-vittma jew saħansitra li kienet qegħda fl-istabbiliment.

Wara li semgħet is-sottomissjonijiet, il-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Yana Micallef Stafrace ma sabitx lill-imputata ħatja u lliberata minn kull ħtija.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport