Monday, April 29, 2024

Ix-xogħlijiet fl-Għassa tal-Imsida mistennija jitlestew bejn l-ewwel kwart u nofs is-sena 2025

Aqra wkoll

Ix-xogħol ta’ rinovar fl-Għassa tal-Imsida huwa konsiderevoli u l-investiment relatat jlaħħaq il-€1.4M. Huwa previst li dan jitlesta bejn l-ewwel kwart u nofs is-sena 2025.

Kien il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza, Byron Camilleri li ta dan it-tagħrif għal mistoqsija parlamentari li saritlu mid-Deputat Nazzjonalista Graziella Attard Previ fejn sostna li l-Korp tal-Pulizija huwa kommess li jibqa’ jtejjeb l-ambjent tax-xogħol tal-membri tiegħu biex jimmotivahom.

Tenna li kif ingħad fit-tweġiba għal mistoqsija parlamentari li saret is-sena li għaddiet u kif imħabbar fuq il-paġni soċjali tal-Korp, is-servizz tal-Pulizija fl-Imsida qegħed temporanjament jiġi offrut mill-għassa ta’ Tas-Sliema, waqt li s-servizz tal-Pulizija tal-Komunità qed isir mill-Kunsill Lokali f’Ta’ Xbiex.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport