Monday, April 29, 2024

Il-PM Malti f’laqgħa mal-Prim Ministru Spanjol

Aqra wkoll

Il-Prim Ministru Robert Abela kellu laqgħa mal-Prim Ministru Spanjol Pedro Sánchez qabel il-Kunsill Ewropew Speċjali li qed jitlaqqa’ fi Brussell. Iż-żewġ Mexxejja ddiskutew is-sitwazzjoni fil-Lvant Nofsani, b’mod partikolari il-kriżi umanitarja f’Gaża u l-importanza tal-waqfien mill-ġlied b’mod permanenti flimkien mal-ħelsien ta’ ostaġġi maqbuda mill-Ħamas f’Ottubru li għadda.

Malta u Spanja huma wkoll żewġ pajjiżi minn erba’ Stati Membri li qablu li s-soluzzjoni ta’ żewġ stati hija kruċjali għall-paċi fil-Lvant Nofsani.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport