Monday, April 29, 2024

“Kif se ngħix mingħajrek għażiża tiegħi?”

Aqra wkoll

Ir-Rabtin dalgħodu qamu maħsudin bit-telfa ta’ Leanne Schembrri, tfajla ta’ 28 sena. Intant fost dawk li sellmu l-memorja tagħha, kien hemm il-messaġġ tal-għarus tagħha Justin Grech; “Kif se ngħix mingħajrek għażiża tiegħi!! Qas nista nemmen li qed nikteb dal kliem! Inħobbok ghal dejjem nokkla tiegħi! Żomm idejk fuqi u fuq familtek ! Strieħ fis sliem qalbi”

Bosta qalu li hija se tibqa’ imfakkra għat-tbissima li dejjem kienet iżżomm u għal karattru ferrieħi li kellha, speċjalment mat-tfal li kienet tgħallem fl-Iscouts. F’messaġġ fuq Facebook, l-Assoċċjazzjoni tal-Iscouts ta’ Malta ukoll sellmet il-memorja tagħha.

Huma qalu li kellha determinazzjoni kbira biex trawwem l-imħuħ ta’ bosta żgħażagħ. Tennu li l-ħajja ta’ Leanne se tibqa’ imfakkra fost id-diversi individwi li b’mod tajjeb irnexxielha tinfluwenza.

Il-familja taż-żagħżugħa irringrazzjaw lill-ħaddiema kollha tal-Isptar Mater Dei, speċjalment dawk tal-Emerġenza u lil tal-ITU li tant ħadu ħsiebha.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport