Saturday, December 21, 2024

Il-GWU tesprimi l-kondoljanzi sinċieri tagħha mal-familja tal-pustiera żagħżugħa

Aqra wkoll

YouTube video

Is-Segretarju tat-Taqsima GWU Metall u Kostruzzjoni Jesmond Marshall f’isem il-GWU esprima l-kondoljanzi sinċieri tagħhom mal-familja tal-pustiera żagħżugħa li tilfet ħajjitha traġikament f’inċident li seħħ aktar kmieni dalgħodu. 

Fl-istess waqt, huwa esprima s-solidarjetà sħiħa tal-GWU mal-ħaddiema tal-Maltapost kemm fid-dawl tal-inċident traġiku fejn fih tilfu waħda mill-kollegi tagħhom kif ukoll anke minkejja ż-żminijiet diffiċli li għaddejjin minnhom il-pajjiż minħabba l-imxija tal-Covid-19, dawn il-ħaddiema, bħal ħaddiema oħra f’diversi oqsma essenzjali tax-xogħol tagħhom, komplew jagħtu s-servizzi tagħhom lill-poplu Malti u Għawdxi bl-akbar dedikazzjoni.

Aqra wkoll:

https://www.inewsmalta.com/2020/05/aggornata-tfajla-titlef-hajjitha-fincident-tat-traffiku-fil-marsa/
Ekonomija

Sport