Thursday, November 7, 2024

Il-GWU mal-milja tas-snin (3)

Aqra wkoll

Matul is-snin, il-GWU kienet protagonista mhux biss biex jitjiebu l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema imma wkoll kienet ewlenija fl-avvanzi u l-emanċipazzjoni tal-Maltin fl-oqsma soċjali, politiċi u ekonomiċi ta’ dan il-pajjiż. Il-kisbet li wettqet il-Union fl-imgħoddi għadhom prevalenti sal-lum. Hekk insibu li l-GWU kienet l-ewwel post tax-xogħol f’Malta li ħallset pagi ndaqs lill-irgiel u nisa mpjegati tagħha.

Fil-qasam politiku, il-GWU lejn l-aħħar tas-snin erbgħin ssieltet bis-sħiħ biex id-dritt tal-vot jitwessa’ u ma jibqax aktar dritt biss tal-irġiel għonja u tas-sidien tal-propjeta. B’hekk u minn dakinhar, iddaħħal id-dritt universali tal-vot li wassal biex in-nisa wkoll jingħataw dak id-dritt u jkunu wkoll parteċipi fid-demonkrazija ta’ pajjiżna.

Immedjatament wara t-twelid tagħha fl-1943, il-GWU imbarkat fuq kampanja nazzjonali biex jiddaħħlu liġijiet dwar drittijiet u librtajiet tat-trejdunjins fosthom mekkaniżmu għas-soluzzjoni tal-inkwiet industrijali fejn u meta jinqala.

Liġi importanti u storika li ddaħħlet fuq insistenza ripetuta tal-GWU kienet dik tal-1952 li baqgħet magħrufa bħala Att li Jirregola l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg (CERA). Snin wara mbagħad, il-GWU ħadmet ukoll biex fl-1976, il-Parlament ta’ Malta adotta l-Att dwar ir-Relazzjonijiet Industrijali (IRA). B’din il-liġi ġie assigurat li ebda ħaddiem ma jiġi kkastigat jekk jieħu azzjoni industrijali. Din saret fil-kuntest li l-gvern ta’ dak iż-żmien ried jitfa l-ħabs lill-ħaddiema li jistrajkjaw.

Sport