Wednesday, December 25, 2024

Il-GWU tawgura lil James Pearsel għall-ħatra tiegħu ta’ Chairman tal-MCESD

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-General Workers’ Union tagħti merħba lis-Sur James Pearsel għall-ħatra ferm importanti ta’ Chairman tal-MCESD. Temmen li s-Sur Pearsel ser ikun qed jagħti kontribut ferm siewi u importanti fi żmien tant diffiċli u kritiku għall-pajjiż. Is-suċċess tal-aħħar snin kien dovut ukoll għad-djalogu soċjali b’saħħtu u attiv bejn is-sħab soċjali flimkien mal-Gvern.

Il-GWU tixtieq tieħu din l-okkażjoni biex tirringrazzja lis-Sur John Bencini li għal dawn l-aħħar seba’ snin mexxa l-MCESD b’imparzjalità u f’ħafna okkażjonijiet kien strumentali biex iressaq is-sħab soċjali għall-qbil.

Issa l-GWU tħares ʼil quddiem għat-tkomplija ta’ tisħiħ ta’ djalogu soċjali biex flimkien inkunu nistgħu negħlbu l-isfidi tal-Covid-19 u sfidi oħra kemm dawk soċjali kif ukoll ekonomiċi li ser inkunu qed naffaċċjaw fil-futur.

Ekonomija

Sport