Friday, July 26, 2024

Il-GWU tgħin b’ġabra fost il-membri tagħha għaċ-ċkejkna Jasmine

Il-Vjaġġ ta’ Tama ta’ Jasmine: Flimkien, Nistgħu Nagħmlu Differenza

Aqra wkoll

Il-GWU għaddiet ċekk lill-ġenituri ta’ Jasmine minn ġabra li saret fost il-membri tagħha. Ġabra li se tgħin lil Jasmine tkompli miexja fil-progress tagħha.

“Jasmine qed tagħmel progressi żgħar iżda sinjifikattivi. Qed iżżid fil-movimenti, tbiddel il-pożizzjoni, timbotta l-ġugarelli, qed tiddiġerixxi l-ikel, naqqasna ħafna mediċini… affarijiet li huma żgħar għal ħaddieħor imma kbar għalina. Permezz tal-will power li għandha t-tifla, pass pass qegħdin naraw progress,” qal Anthony.

“Hekk kif jiġu mumenti fejn inkunu se naqbdu naqtgħu qalbna, tagħmel xi ħaġa li ma nkunux qed nistennew li timlina bil-ferħ u l-kuraġġ li nkomplu,” qalet Stefanie.

Il-ġenituri ta’ Jasmine se jkomplu jivjaġġaw għat-terapiji speċjali li qed tingħata fl-Ingilterra u Spanja, terapiji li ma jinstabux hawn Malta filwaqt li se terġa’ tattendi għall-kura speċjali fil-Messiku li s’issa tinsab biss f’dal-pajjiż.

“Bħalissa ninsabu fil-fażi ta’ preparamenti flimkien ma’ ġenituri oħrajn li għandhom ulied bis-Cerebral Palsy biex inġibu lit-terapista Spanjola hawn Malta biex tagħti s-servizz tagħha lil Jasmine u tfal oħrajn f’pajjiżna. Meta naraw l-avvanzi li qed tagħmel bintna tagħtina kuraġġ li nkomplu nagħmlu l-almu tagħna,” qalulna l-koppja Anthony u Stefanie Grech.

Flimkien ejjew inkomplu ngħinu lil Jasmine fil-vjaġġ tagħha.

Ibgħat donazzjoni f’dan il-kont: Bank of Valletta, Benefiċjarji: General Workers’ Union, IBAN Number: MT20VALL22013000000010201772020, Swift: VALLMTMT.

Inkella tista’ tgħaddi d-donazzjoni tiegħek direttament lill-ġenituri ta’ Jasmine permezz tal-BOV App jew Revolut fuq in-numru +35677991456.

Ekonomija

Sport