Monday, July 15, 2024

Il-GWU tiddikjara tilwima industrijali mal-Aġenzija għas-Servizzi tal-Qorti

Aqra wkoll

It-Taqsima Gvern u Entitajiet Pubbliċi fi ħdan il-General Workers’ Union irreġistrat tilwima industrijali mal-Aġenzija għas-Servizzi tal-Qorti minħabba li l-Aġenzija qiegħda tinnega numru ta’ ħaddiema tagħha li jkunu rappreżentati mill-unjin tal-għażla tagħhom.

It-Taqsima waslet biex tirreġistra din it-tilwima mad-DIER wara diversi tentattivi li għamlet mal-maniġment tal-Aġenzija li qed jinnega dritt fundamentali tal-liġi sussidjarja 452.11. u l-Kostituzzjoni ta’ Malta, biex parti mill-ħaddiema ta’ din l-Aġenzija jkunu rappreżentati mill-unjin tal-għażla tagħhom. Dan ġara wara li l-maġġoranza assoluta tagħhom daħlu membri mħallsa tal-GWU.

Fin-nuqqas ta’ soluzzjoni mill-maniġment il-GWU ma kellix triq oħra ħlief li tirreġistra tilwima industrijali bil-għan  li tmur għall-azzjonijiet industrijali.

Ekonomija

Sport