Tuesday, May 14, 2024

Il-GWU tiffirma l-ktieb tal-kondoljanzi ta’ Karmenu Mifsud Bonnici

Aqra wkoll

L-Amministrazzjoni Ċentrali tal-General Workers Union mmexxija mis-Segretarju Ġenerali Josef Bugeja żdietet mal-lista ta’ nies u organizzazzjonijiet li taw il-kondoljanzi tagħhom għal mewt ta’ l-avukat Karmenu Mifsud Bonnici. 

Bħalissa, l-ktieb tal-kondoljanzi jinsab miftuħ għall-pubbliku fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fil-Ħamrun u se jibqa miftuħ sa għada f’nofsinhar.

Id-Deputat Segretarju Ġenerali Kevin Camilleri

Id-delgazzjoni tal-GWU kienet magħmula mis-Segretarju Ġenerali Josef Bugeja u d-Deputat Segretarju Ġenerali Kevin Camilleri.

L-eks Prim Ministru u eks Mexxej Laburista Karmenu Mifsud Bonnici, tul il-karriera legali brillanti tiegħu, serva għal 20 sena sħaħ bħala konsulent legali tal-GWU.

Sport