Tuesday, April 30, 2024

Il-kanċer tal-prostata jolqot l-iktar irġiel ta’ bejn is-70 u l-74 sena

Aqra wkoll

Statistika mifruxa fuq għaxar snin sa l-2019 turi li l-inċidenza tal-marda tal-kanċer tal-prostata fl-irġiel qed tiżdied, l-iktar fost persuni ta’ eta bejn is-70 u l-74 sena. Fil-fatt minn 209 każi li rriżultaw fis-sena 2010 dawn telgħu għal 273 fl-2019.

Interessanti f’din l-istatistika huwa l-fatt illi minkejja li l-marda tal-kanċer tal-prostata tista’ tolqot lil kulħadd, b’danakollu din tidher li tfeġġ minn eta ta’ 50 sena ‘l fuq.

Dawn iċ-ċifri ħarġu minn tagħrif li ta d-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne fi tweġiba għal mistoqsija parlamentari.

L-informazzjoni mogħtija turi wkoll li iktar ma’ persuna tkun ikbar fl-eta inqas huwa ċ-ċans għaliha li timrad bil-kanċer tal-prostata. Fil-fatt, l-inqas inċidenza ta’ din il-marda hija fost dawk minn 80 sena ‘l fuq.

Sport