Saturday, April 27, 2024

Jinstabu statwi tal-bronż ippreservati f’Toskana li jmorru lura 2,300 sena

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Arkeoloġi Taljani sabu 24 statwa tal-bronż li baqgħu ppreservati f’Toskana u li huma maħsuba li jmorru lura għal żmien ir-Rumani tal-qedem. 

Dawn l-istatwi nstabu taħt il-fdalijiet ta’ ‘bathhouse’ f’San Casciano dei Bagni, belt fuq l-għoljiet fil-proviċja ta’ Siena, madwar 160 kilometru fit-tramuntana tal-kapitali Ruma.

Qiegħed jingħad li dawn l-istatwi, li juru lil Hygieia, Apollo u allat Greko-Rumani oħra, għandhom madwar 2,300 sena. Espert saħaq li din is-sejba tista’ “tikteb l-istorja”. 

Ħafna mill-istatwi, li nstabu taħt il-banjijiet flimkien ma’ madwar 6,000 muniti tal-bronż, fidda u deheb, jmorru lura għat-tieni seklu Qabel Kristu u l-ewwel seklu Wara Kristu.

Il-Ministeru tal-Kultura tal-Italja qal li di l-era mmarkat “perjodu ta’ trasformazzjoni kbira fit-Toskana tal-qedem” hekk kif iż-żona għaddiet mill-ħakma Etruska għal dik Rumana. 

L-istatwi, li kienu ppreservati mill-ilma, se jittieħdu f’laboratorju ta’ restawr f’Grossetto, qabel eventwalment jitpoġġew għall-wiri f’mużew ġdid f’San Casciano. 

Sport