Il-GWU tikkundanna bil-qawwa kollha l-attakk li sar minn sewwieq tal-Y-plate (cab) fuq sewwieq tal-White Taxis membru tagħha ċ-Ċirkewwa meta kien qed jitkellem ma’ turisti li kienu għadhom kif avviċinawh.
Sewwieq li jidher li tħalla mweġġa’ sew, bid-demm, filwaqt li s-sewwieq l-ieħor telaq ‘l hemm.
Filwaqt li tikkundanna kull vjolenza li ssir fuq il-ħaddiema waqt xogħolhom, tappella lill-awtoritajiet konċernati biex jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jieħdu l-passi biex issir ġustizzja.