Monday, May 13, 2024

Pulizija assenjat fuq il-Gozo Channel biex kulħadd jitfi l-karozzi

Aqra wkoll

Mit-18 ta’ Awwissu li għadda, uffiċjal tal-Pulizija beda jkun assenjat fuq il-vapur tal-Gozo Channel, bejn it-8.00 a.m. u s-6.00 p.m., biex jassigura li kulħadd jitfi l-karozzi tiegħu.

Dan tħabbar f’rapport li ġie ppubblikat mill-Ombudsman wara li fit-2 ta’ Awwissu li għadda, ittra li kienet ippubblikata fuq it-Times of Malta minn Emanuel Galea li joqgħod ir-Rabat (Għawdex) kien wera tħassib dwar l-emissjonijiet tossiċi fuq il-vapuri t’Għawdex minħabba l-magni tal-karozzi li jitħallew startjati.

Galea kien innota wkoll li bosta mhux dejjem obdew lill-membri tal-ekwipaġġ meta ġew mitluba jitfu l-karozza u joħorġu minnha.

Kull min juża s-servizz tal-Gozo Channel hu konxju li numru ta’ passiġġieri jibqgħu fil-karozzi tagħhom, iżda fis-sajf is-sħana li jkun hemm fil-garage tkun waħda tremenda. Għalhekk, dawn l-istess passiġġieri jibqgħu bil-karozzi tagħhom startjati biex ikunu jistgħu jużaw l-arja kkundizzjonata.

Fuq kull vapur tal-Gozo Channel hemm numru ta’ tabelli li fihom hemm miktub ċar li l-ebda passiġġier ma hu permess li jibqa’ fil-garaxx waqt il-vjaġġ u dan minħabba s-sigurtà tal-istess passiġġieri.

Sport