Thursday, November 21, 2024

Il-GWU tikseb ir-rikonoxximent ewlieni tal-Forzi Armati ta’ Malta

Aqra wkoll

Il-General Workers’ Union permezz tat-Taqsima Korpi Dixxiplinati, Ufficjali tas-Sigurtà u Infurzar tal-Liġi kisbet ir-rikonoxximent ewlieni tas-Suldati fil-Forzi Armati ta’ Malta.

Dan l-eżerċizzju seta’ jsir wara li l-maġġoranza assoluta tas-suldati ssieħbu membri mal-GWU u ntalbet verifika mid-DIER. Rikonoxximent li ngħata wara l-proċess ta’ verifika mid-DIER fejn ikkonkluda li aktar minn 62% tas-suldati ngaġġati huma membri tal-General Workers’ Union.

Ir-ranks li l-unjin għandha r-rikonoxximent tagħhom huma dawk ta’ Gunner, Lance Bombardier, Bombardier, Sergeant, Staff Sergeant, Warrant Officer II, Warrant Officer I, 2nd Lieutenant, Lieutenant, Captain u Major. Dawn jinkludu wkoll il-Volunteer Reserve Force (VRF u VRF FS).

Issa l-pass li jmiss hu li fil-ġimgħat li ġejjin jibdew in-negozjati għat-tieni ftehim settorjali bil-għan li jitjiebu l-kundizzjonijiet ta’ dawn il-ħaddiema nkluż il-pakkett finanzjarju.

Is-Segretarju tat-Taqsima Theo Vella rringrazzja lill-membri kollha tal-kumitati, iżda fuq kollox lis-suldati membri tal-fiduċja li wrew fil-GWU. Bla dubju li din il-fiduċja se tissarraf f’aktar ħidma għall-ġid tas-suldati u l-familji tagħhom.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport