Sunday, December 22, 2024

Il-GWU tikseb rikonoxximent tal-impjegati f’pożizzjonijiet amministrattivi mal-Uffiċċju tal-Avukat tal-Istat

Aqra wkoll

Il-General Workers’ Union permezz tat-Taqsima Gvern u Entitajiet Pubbliċi kisbet ir-rikonoxximent ewlieni tal-impjegati f’pożizzjonijiet amministrattivi mal-Uffiċċju tal-Avukat tal-Istat.

Dan ir-rikonoxximent ngħata wara l-proċess ta’ verifika mid-DIER li kkonkluda li l-maġġoranza assoluta tal-ħaddiema huma membri mħallsa tal-Union.

Dan l-eżerċizzju sar wara li d-Dipartiment ġie nfurmat li l-maġġoranza tal-ħaddiema għarfu l-benefiċċji li jissieħbu fl-akbar unjin tal-pajjiż.

Il-pass li jmiss hu li jibdew in-negozjati mal-maniġment għal Ftehim Kollettiv ġdid bil-għan li jitjiebu l-kundizzjonijiet ta’ dawn il-ħaddiema.

Ekonomija

Sport