Il-General Workers’ Union laqgħet delegazzjoni li qed jagħmlu parti huma wkoll mill-proġett MIND THE GAP – joint actions of workers’ organizations for bridging the gender pay gap (GPG).
Iż-żjara nkludiet diskors mis-Segretarju Ġenerali tal-GWU Josef Bugeja, li ta ħarsa ġenerali lejn id-diskrepanza fil-pagi bejn is-sessi kif ukoll dwar il-leġislazzjoni l-ġdida dwar it-trasparenza fil-pagi, indikatur importanti rigward l-ugwaljanza bejn is-sessi, li se tidħol fis-seħħ f’Ġunju li ġej.
Kif ukoll preżentazzjoni informattiva mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) National Statistics Office – Malta bi statistiċi li juru x-xejra tal-GPG f’Malta.
Wara ġew akkumpanjati għal laqgħa informattiva dwar il-ħidma tad-Dipartiment għar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjiegi (DIER).
Flimkien mas-Segretarju tat-Taqsima Gvern, Entitajiet Pubbliċi u Saħħa Kendrick Bondin, kien hemm preżenti wkoll Dr Yana Mintoff, waħda mir-riċerkaturi li ħadmu fuq id-dokument ta’ riċerka f’Malta.

