Minkejja temp ikrah u xi ftit kiesaħ, dan ma qatax qalb in-nies li jidħlu l-Belt Valletta biex ipoġġu rigali taħt is-siġra tal-Milied fi Pjazza Kastilja. Din l-inizjattiva hija intenzjonata biex kull tifel u tifla f’pajjiżna jingħataw rigal tal-Milied.
Din l-inizjattiva oriġinat minn mart il-Prim Ministru Dr Lydia Abela u ċ-ċkejkna Giorgia Mae, b’turija ta’ solidarjetà ma’ tfal inqas ixxurtjati. Din kienet ir-raba’ sena li fiha ttellgħet il-kampanja Rigal b’Imħabba.
Is-suċċess deher mil-lat kbir ta’ nies li kkonkorrew bl-għoti tar-rigali matul il-ħin kollu tal-ġurnata. Fost dawn kien hemm l-ogħla uffiċjali tal-General Workers’ Union li wkoll poġġew ir-rigali taħt is-siġra.
Kienet ammirevoli li l-forzi tas-sigurtà mexxew kollox bl-ordni meta jitqies li l-attivitajiet kienu mferrxin mal-Pjazza ta’ Kastilja.