Wednesday, July 24, 2024

Daichi Kamada se jitlaq lil Lazio

Aqra wkoll

Il-plejer Ġappuniż Daichi Kamada mistenni jħalli lil Lazio fl-aħħar ta’ dan ix-xahar. L-impatt tiegħu fil-futbol Taljan ma kienx wieħed daqshekk pożittiv bil-kowċ Maurizio Sarri li ftit tah iċ-ċans jesprimi ruħu kif jaf hu fil-grawnd.

Min-naħa tiegħu, Kamada ma jixtieqx jitlef postu mat-tim nazzjonali Ġappuniż u għalhekk talab biex jiġi trasferit.

Hu mifhum li Kamada se jmur jilgħab f’La Liga Spanjola fejn Valencia u Real Sociedad saqsew għalih.

Kamada ffirma ma’ Lazio f’Ġunju li għadda.

Ekonomija

Sport