Il-ħaddiema, il-management tal-unionprint u l-ħaddiema tal-GWU jibku t-telfa ta’ wieħed mill-veterani tal-Union Print.
Sam Sammut ħadem għal diversi snin bħala ġurnalist u anke bħala kap tal-aħbarijiet għal diversi pubblikazzjonijiet tal-Union.
Fost l-ewwel kummenti ta’ dawk li sellmu l-memorja tiegħu bosta kienu dawk li esprimew il-ħasda tagħhom għal din l-aħbar għal għarrieda. Sammut jibqa’ ċertament imfakkar ukoll għall-kontribut tiegħu fil-każin tat-Tamal fil-Ħamrun.