Sunday, December 22, 2024

Il-Gżejjer Marshall b’żieda fil-każi ta’ Covid-19

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

In-numru ta’ każi ta’ Covid-19 żdiedu fil-Gżejjer Marshall, jiem biss wara li dan in-nazzjon fil-Paċifiku rreġistra l-ewwel tixrid lokali tiegħu tal-virus.

Fil-belt kapitali ta’ Majuro, it-total ta’ każijiet kważi rdoppjaw mill-Ġimgħa. Dawn l-aħħar ċifri jfissru li wieħed minn kull għaxar residenti fil-belt ġew infettati fl-aħħar jiem. 

Matul il-jum tal-Ħadd, is-Segretarju tas-Saħħa Jack Niedenthal qal li madwar 75% tat-testijiet li kienu qed isiru madwar il-pajjiż kienu qed jagħtu riżultati pożittivi.

Il-Gżejjer Marshall, li għandha popolazzjoni ta’ 59,000 ruħ, kien wieħed mill-aħħar nazzjonijiet fid-dinja li ma ġewx mittiefsa mill-Covid-19, qabel ma ġew identifikati żewġ każijiet f’Ottubru 2020. 

Ekonomija

Sport