Wednesday, July 24, 2024

“Il-Ħadd li ġej jitlaqqmu l-ewwel 55 persuna għall-COVID-19”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Ħames persuni jmutu

Mara ta’ 66 sena li mietet fir-residenza tagħha fil-21 ta’ Diċembru
Anzjana ta’ 82 sena li mietet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei
Raġel ta’ 66 sena li miet ilbieraħ fir-residenza San Vinċenz
Anzjan ta’ 85 sena li miet ilbieraħ fl-Isptar Is-Sammaritan it-Tajjeb
Anzjan ta’ 96 sena li miet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei.

It-total ta’ każi qed jiżdied, iżda mhix daqstant qawwija u fl-aħħar jiem il-medja niżlet b’aktar fejqan u anqas każi ġodda reġistrati

Il-household clusters l-aktar akkumulattivi

Il-Professur tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci appellat biex min jirriżulta pożittiv jiżola ruħu minħabba r-riskju kbir ta’ tixrid tal-pandemija minn persuna għall-oħra li jgħixu fl-istess residenza.

65 każ attiv f’Għawdex

Mill-każi attivi totali li jammontaw għal 1498 każ, hemm 65 każ ta’ persuni pożittivi f’Għawdex. Fortunatament fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex ma hemm ħadd li jinsab fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.

L-Ittestjar

Gauci saħqet mill-ġdid dwar l-importanza tal-ittestjar u fakkret li minkejja li n-numri qed jonqsu, jidher ċar li għad hawn trasmissjoni u tajjeb li f’dan iż-żmien li normalment konna niltaqgħu, din is-sena huwa differenti mis-snin ta’ qabel biex inkunu nistgħu nipproteġu lil xulxin. Hija qalet li huwa riskjuż li niltaqgħu ma’ persuni li ma jgħixux fl-istess residenza tagħna.

Rigward l-użu tal-maskri u l-Iġjene, Gauci qalet li dawn ħadmu u b’hekk tajjeb li nżommu dawn il-miżuri biex inkunu nistgħu nkomplu n-naqqsu r-riskju ta’ tixrid tal-virus.

L-Ingilterra meqjus bħala RED ZONE

Dawk li qed jirritornaw mill-Ingilterra qed isirilhom rapid test u jitpoġġew fi kwarantina mandatorja għal 15-il ġurnata minn meta jħallu l-pajjiż.

Tmien persuni pożittivi mill-ittestjar fl-ajruport

Fl-aħħar jiem, bejn is-17 ta’ Diċembru u t-22 ta’ Diċembru saru 1,855 swab test li minnhom kien hemm tmien persuni li rriżultaw pożittivi.

Fl-20 ta’ Diċembru kien hemm każ minn Spanja, każ mill-Bulgarija u tliet każi mill-Ingilterra.

L-għada 21 ta’ Diċembru nstabu każ mill-Italja u każ ieħor mill-Ingilterra. 

Informazzjoni importanti qabel nitlaqqmu

Dawk in-nies li jkun imisshom biex jintlaqmu importanti li jekk għandhom dawn il-kundizzjonijiet, ikellmu t-tabib tagħhom: Xi allerġija qawwija jew problemi bin-nifs meta ħadu xi tilqima oħra jew injectibales; jekk waqt li ħadt xi tilqima tak ħass ħażin waqt dak il-perjodu, u dan minħabba xi reazzjoni mhux f’każ li jekk persuna tkun anzjuża; jekk dak li jkun ikollu infezzjoni qawwija f’dak il-perjodu li jkun imissu biex jieħu t-tilqima. Apparti minn hekk, Prof Gauci semmiet ukoll anke dawk il-persuni li kellhom problemi ta’ bleeding jew inkella jieħdu l-mediċini biex inaqqsu t-trombosi huwa importanti li jkellmu lit-tabib tagħhom. L-istess jingħad għal dawk il-persuni b’sistema immunitarja baxxa minħabba HIV jew għax qed jieħu trattament bħal steroids jew chemo. Hija żiedet tgħid li ma’ dawn hemm dawk il-persuni li huma każi attivi u li b’hekk jeħtieġ li jħallu sitt ġimgħat qabel jitlaqqmu għall-Covid-19.

L-ebda każ fost l-immigranti fiċ-Ċentri ta’ Detenzjoni

Għal waħda mill-mistoqsijiet tal-ġurnalisti rigward is-sitwazzjoni tal-immigranti fiċ-Ċentri ta’ Detenzjoni, il-Professur Charmaine Gauci qalet li l-ittestjar kompla u r-residenti baqgħu jiġu mħarsa mill-qrib. Hija kkonfermat li preżentament ma’ hemm l-ebda każi attivi fost l-immigranti.

Il-Ħadd li ġej se jitlaqqmu l-ewwel 55 persuna

Mistoqsija dwar jekk hemmx ammont speċifiku ta’ kemm se jkunu qed jitlaqqmu persuni l-Ħadd li ġej, Gauci qalet li l-ammont ta’ persuni li se jitlaqqmu se jibda minn ftit persuni u jkompli jiżdied. Hija kkonfermat li se jkunu qed jitlaqqmu 55 persuna li fosthom se jkun hemm persuni li jaħdmu fl-ITU u fl-IDU.

Skont l-aħħar aġġornament b’rabta mas-sitwazzjoni tal-Covid-19 f’pajjiżna minn 2,609 swab test li saru, kienu rreġistrati 82 każ ġdid filwaqt li fiequ 132 persuna.

Ekonomija

Sport