Skont is-sit Aġġornament tat-Temp, nhar il-Ħadd li ġej mistennija maltempata.
“Qed nantiċipaw li din il-ġimgħa se tkun l-aħħar waħda bla ġaketta. Min-nhar il-Ħadd li ġej se tidħol ċikulazzjoni ta’ arja friska u se tkompli ġġib magħha temperaturi mal-medja għal Novembru,” ħabbar is-sit.
Dwar nhar il-Ħadd, Aġġornament tat-Temp qed ibassar li r-riħ se jkun il-Lbiċ forza 3 li jdur Majjistral Forza 6 buffuri għal Forza 7. L-ogħla temperatura tkun 19°C li jfisser 4°C inqas mil-lum.