Saturday, November 9, 2024

Il-Ħadd se jkun organizzat il-ħames round tal-Hillclimb f’Għawdex

Oliver Attard
Oliver Attard
Ġurnalist Sportiv / Motorsports

Aqra wkoll

Il-Ħadd 24 ta’ Settembru, Island Car Club se jorganizza l-ħames Round tal-Kampjonat Nazzjonali tal-Hillclimb fix-Xagħra Għawdex. Madwar 90 karozza mistennija jsuqu tul l-ġħolja fix-Xagħra, u jagħmlu dak kollu possibbli biex ikunu l-aktar veloċi fil-grupp tagħhom.

Il-Kampjonat Nazzjonali tal-Hillclimb huwa pjanat li jkun fuq tmien rounds u għalhekk tliet rounds oħra se jsegwu dan ir-rawnd li se jsir fix-Xagħra. Fost dawn wara ħafna snin, se nkunu qed naraw ir-ritorn ta’ korsa fil-Baħrija.

L-organizzazzjoni ta’ avveniment bħal dan f’Għawdex iġib miegħu diversi sfidi, u ma kienx ikun possibbli mingħajr l-appoġġ tal-Kunsill Lokali tax-Xagħra u ta’ dan il-klabb u s-sewwieqa huma kollha grati.

Sport