Saturday, December 21, 2024

Il-ħaddiem barrani li tħalla mixħut fuq bankina wara li weġġa’ joħroġ mill-isptar

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Ħareġ mill-Isptar Lamin Jaiteh, ir-raġel ta’ 32 sena mill-Gambja li tħalla fuq bankina wara li waqa’ żewġ sulari waqt li kien qed jaħdeb f’sit ta’ kostruzzjoni fil-Mellieħa.

B’rabta ma’ dan il-każ tressaq il-Qorti Glen Farrugia, li kien iħaddem lil Jaiteh, u ġie mixli li kkaġunalu ġrieħi gravi u li kiser regolamenti marbuta mas-saħħa u s-sigurtà tal-impjegati tiegħu fost l-oħrajn. Huwa qed jiċħad dawn l-akkużi. 

F’kitba fuq Facebook, Caroline Galea, li kienet fost dawk li sabet lil Jaiteh mixħut mal-art wara l-inċident, qalet li Jaiteh ġie rilaxxat mill-Ispar u issa jinsab lura f’daru, fejn anke hemm carer tieħu ħsiebu.

Hija qalet li l-fondi miġbura qed jgħinu biex isostnu lilu u l-familja tiegħu f’dan il-perjodu li fih ma jistax jaħdem. “Ma nafux jekk hux se jerġa’ jkun tajjeb għal xogħol ta’ kostruzzjoni,” kitbet Caroline. 

Finalment, hija qalet li aktar tard dan ix-xahar mistennija ssir protesta biex issir ġustizzja ma’ Jaiteh u ma’ ħaddiema oħra li sofrew minn inċidenti simili.

Ekonomija

Sport