Robert Micallef, il-ħaddiem ta’ 34 sena li tilef ħajtu wara li ntlaqat minn forklifter t-Tnejn filgħodu se јingħata l-aħħar tislima nhar il-Ġimgħa.
Il-funeral ta’ Robert Micallef se jsir fil-Knisja ta’ San Bastjan, f’Ħal Qormi fis-2:00 p.m.,
Micallef tilef ħajtu meta ntlaqat b’forklifter li kien qed juża f’maħżen, fil-limiti tan-Naxxar. L-inċident seħħfi Triq Burmarrad.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku flimkien ma’ membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jassistu, iżda l-ħaddiem sfortunatament ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.
Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat Dr Franco Agius LL.D li fetaħ inkjesta, kif ukoll il-Police Support Response team.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija, flimkien mal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-post tax-Xogħol għadhom għaddejjin.



