Wednesday, July 24, 2024

Il-ħaddiema Filippini jiżdiedu b’sitt darbiet

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

In-numru ta’ persuni mill-Filippini li jgħixu u jaħdmu f’pajjiżna żdied b’sitt darbiet matul dawn l-aħħar sitt snin.

Kien id-deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo li staqsa lill-Ministru għall-Intern, Sigurtà Nazzjonali u Infurzar tal-Liġi Byron Camilleri kemm inħarġu permessi ġodda ta’ residenza u xogħol lil persuni mill-imsemmi pajjiż bejn l-2013 u l-2019.

Camilleri wieġbu li fl-2013 inħarġu 259 permess li baqgħu jiżdiedu sena wara oħra għal 419 fl-2014; 660 fl-2015; 623 fl-2016; 1,091 fl-2017; 1,556 fl-2018 u 1,661 fl-2019.

Ekonomija

Sport