Saturday, November 23, 2024

Il-Ħaddiema tal-ekwipaġġ tal-Air Malta kollha se jżommu xogħolhom

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Ministru għall-Ekonomija, investimenti u intrapriżi Silvio Schmebri ħabbar li bi pjaċir laqa’ l-vot tal-Cabin Crew tal-Air Malta favur kundizzjonijiet tax-xogħol li se jgħinu lill-kumpanija toħroġ minn dan il-maltemp u ssir aktar sostenibbli. 

Huwa żied jgħid li n-negozjati bejn l-Unjin tal-Cabin Crew u l-Air Malta kienu diffiċli u ħadu ħin twil ta’ diskussjonijiet fejn waslu sabiex il-ħaddiema ċedew biċċa iżda l-impjegati kollha ser iżommu l-post tax-xogħol tagħhom. Schembri kompla jgħid li riżultat tas-sagriffiċċju tagħhom il-kumpanija se tkun tista tibda topera b’mod aktar kompettiv. 

Huwa rringrazzjahom għaliex bis-saħħa tagħhom ukoll se tkun tista’ tiġi salvata l-linja nazzjonali tal-ajru ta’ pajjiżna. Qal li issa jonqos li jintlaħaq ftehim mal-Unjin tal-Piloti (ALPA) sabiex huma wkoll jikkoperaw biex jitnaqqsu l-ispejjeż tal-operat tal-kumpanija. 

Huwa temm jgħid li bħala Gvern se jkomplu jassistu sabiex jaraw li jgħinu lill-kumpanija kif jistgħu.

Sport